Mil-pinna ta' Marianna Calleja | gażżetta 'illum' - Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021 • Nru 742
"Donnu kullħadd nesa’ li biex bidwi jew raħħal jlaħħaq mad-domanda, irid jipjana kollox minn xhur qabel"
Il-gazzetta l-ILLUM ħasset ukoll l-importanza li tagħti vuċi lir-raħħala tagħna, b’hekk tkellimna ma’ wieħed mill-amministraturi tal-fondazzjoni MaYA u raħħal full-time, Karl Scerri.
Karl qallilna li waħda mill-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom ir-raħħala fiż-żmien il-pandemija hi l-kwarantina. Hu spjegalna li meta raħħal kellu jisakkar ġo daru bi kwarantina nħolqot problema enormi għax ħadd ħliefu ma’ seta’ jagħlef l-animali. Hu għalhekk li l-Gvern kellu jagħmel xi tip ta’ aġġustament fil-liġi tal-kwarantina.
Madankollu, apparti l-isfidi bħal l-imaniġġjar tal-art fejn wieħed isib art moħlija li tiġi mibjugħa b’prezzijiet wisq għolja hemm ukoll sfidi oħra. L-ikbar sfida li se jkollhom jaffaċjaw il-bdiewa u r-raħħala din is-sena se tkun dik li Scerri jiddeskrivi bħala “l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-qamħ u
l-ġwież.”
Karl jispjega li din l-isplużjoni seħħet wara li d-domanda tal-ikel għoliet iżda l-provista baqgħet baxxa.
Comments